The home of Eurovision lyrics

Song Information
Music: Mark Scicluna
Lyrics: Emil Calleja Bayliss

F’lejl jiddi taħt firxiet ta’ smewwiet blu
Ilmaħtek riesaq qrib, biex lili ssib
Ħarist fil-fond t’għajnejk u jien tbissimt
Sakemm intlift fiċ-ċpar, u erġajt fhimt

Jien hawn, ‘il fuq inħares lejk
Nixtieq, li nkun għal dejjem ħdejk

Int kewkba f’sema skur
Tinsab kull fejn indur
Twassalni fejn nixtieq
Mill-idlam mgħodijiet

Int kewkba tħuf fis-skiet
Fost l-isbaħ mill-kewkbiet
Il-lejl timlieh bl-ilwien
Iddawwal kullimkien

Ħassejt idejk imellsu dal-ħaddejn
In-nifs tqil tagħna t-tnejn, li għeb fix-xejn
U issa r-riħ ixxotta d-dmugħ li bkejt
U ħadek ‘l hemm fil-bogħod, minn fejn kont ġejt

Jien hawn, il fuq inħares lejk
Nixtieq, li nkun għal dejjem ħdejk

Int kewkba f’sema skur
Tinsab kull fejn indur
Twassalni fejn nixtieq
Mill-idlam mgħodijiet

Bik f’ħajti erġajt sibt
It-tama li kont tlift
Kont spalla xħin waqajt
Mill-qiegħ lili erfajt

Bħal dgħajsa f’oċean
Urejtni d-dawl fid-dlam
Nimirħu l-univers
Nintilfu ġo l-immens

Int kewkba f’sema skur
Tinsab kull fejn indur
Twassalni fejn nixtieq
Mill-idlam mgħodijiet

Int kewkba tħuf fis-skiet
Fost l-isbaħ mill-kewkbiet
Il-lejl timlieh bl-ilwien
Iddawwal kullimkien

Comments

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Visitors from around the world

free counters